27.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Tubes Radiatori vs EUIPO – Antrax It (Radiateurs)
(Kawża T-98/15) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju li jirrapreżenta radjatur - Disinn preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002 - Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-bordijiet tal-appell tagħha - Dritt għal smigħ - Stedina sabiex jiġi ppreżentati provi u osservazzjonijiet wara sentenza ta’ annullament tal-Qorti Ġenerali - Saturazzjoni tal-istat l-iktar avvanzat”))
(2017/C 095/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero u P. Menapace, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock u S. Di Natale, sussegwentement S. Di Natale u L. Rampini, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: L Gazzola, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2014 (Kawża R 1643/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Antrax It u Tubes Radiatori.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tad-9 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1643/2014-3) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Tubes Radiatori Srl.
4)
Antrax It Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy