2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Dextro Energy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-100/15) (1)
([“Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal - Ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet minkejja l-opinjoni pożittiva tal-EFSA - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 156/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dextro Energy GmbH & Co. KG (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Hagenmeyer u T. Teufer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/8, tas-6 ta’ Jannar 2015, li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 3, p. 6).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dextro Energy GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 11.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy