22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2017 – Red Bull vs EUIPO – Optimum Mark (Taħlita tal-kuluri blu u fidda)
(Kawżi magħquda T-101/15 u T-102/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri blu u fidda - Raġuni assoluta għal rifjut - Rappreżentazzjoni grafika suffiċjentement ċara u preċiża - Neċessità ta’ arranġament sistematiku li jassoċja l-kuluri b’mod predeterminat u uniformi - Aspettattivi leġittimi - Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 4 u l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 022/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Renck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Marques (Leicester, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment R. Mallinson u F. Delord, sussegwentment R. Mallinson, solicitors)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Optimum Mark sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: R. Skubisz, M. Mazurek, J. Dudzik u E. Jaroszyńska-Kozłowska, avukati)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 2037/2013-1 u Każ R 2036/2013-1 rispettivament), dwar żewġ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Optimum Mark u Red Bull.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Red Bull GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Optimum Mark sp. z o.o.
3)
Marques għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy