4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-111/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mis-Syndicat mixte des aéroports de Charente ma’ Ryanair u mas-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi tal-ajruport - Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija - Vantaġġ - Kriterju ta’ investitur privat - Irkupru - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”))
(2019/C 82/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1226 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Angoulême, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU 2015, L 201, p. 48).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 178, 1.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy