15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-112/15) (1)
([“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji - Kunċett ta’ mergħat permanenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Tnaqqis ta’ korrezzjoni preċedenti”])
(2017/C 151/35)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias, G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, sussegwentement G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Triantafyllou u A. Marcoulli, sussegwentement D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/950/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2014, L 369, p. 71).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/950/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-ammonti tal-korrezzjoni ta’ EUR 5 007 867,36, tat-tnaqqis ta’ EUR 2 318 055,75 u tal-effett finanzjarju ta’ EUR 2 689 811,61, fir-rigward tal-infiq imġarrab mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-iżvilupp rurali Feader Axe 2 (2007-2013, miżuri marbuta mas-superfiċji), għas-sena fiskali 2009, għad-dgħufijiet li jikkonċernaw is-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Pakketti Agrikoli (SIPA) u l-kontrolli fuq il-post (it-tieni pilastru, sena ta’ applikazzjoni 2008).
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy