26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Deza vs ECHA
(Kawża T-115/15) (1)
([“REACH - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li dawn jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Żieda tal-iskrizzjoni tas-sustanza Bis (2-etileżil) ftalat (DEHP) fil-lista - Artikoli 57 u 59 tar-Regolament Nru 1907/2006”])
(2017/C 202/27)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, sussegwentement M. Heikkilä, W. Broere u C. Buchanan, aġenti, assistiti minn M. Procházka u M. Mašková, avukati)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u N. Lyshøj Malte, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u H. Stergiou, aġenti), ir-Renju tal-Iżvezja) (rappreżentanti: E. Karlsson, L. Swedenborg, A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson u N. Otte Widgren, aġenti), ir-Renju tan-Norveġja (rappreżentanti: K. Moen u K. Moe Winther, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Diċembru 2014 tad-direttur eżekuttiv tal-ECHA li permezz tagħha l-entrata eżistenti marbuta mas-sustanza DEHP fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, p. 1, rettifika ĠU L 136, p. 3), ġiet ikkompletata fis-sens li din is-sustanza ġiet identifikata wkoll bħala sustanza li għandha l-proprjetajiet li jipperturbaw is-sistema endokrinali u li jista’ jkollha effetti serji fuq l-ambjent, u dan kollu fis-sens tal-Artikolu 57(f) ta’ dan ir-regolament.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deza, a.s. għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju tan-Norveġja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 178, 1.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy