8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2017 – L-Estonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-117/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri li għandhom jittieħdu minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Ammont li għandu jiġi impost għall-kwantitajiet żejda ta’ zokkor mhux eliminati - Talba għal emenda ta’ deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni - Ċaħda tat-talba - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermattiv - Assenza ta’ elementi ġodda u sostanzjali - Inammissibbiltà”))
(2017/C 144/44)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: K. Kraavi-Käerdi, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Naaber-Kivisoo u P. Ondrůšek, aġenti, sussegwentement P. Ondrůšek, assistit minn M. Kärson, avukat)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kalniņš u D. Pelše, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2014 li tirrifjuta li temenda d-Deċiżjoni 2006/776/KE tagħha, tat-13 ta’ Novembru 2006, dwar l-ammonti li għandhom jiġu imposti għall-kwantitajiet żejda ta’ zokkor mhux eliminati (ĠU 2007, L 142M, p. 467).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy