3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE
(Kawża T-122/15) (1)
([“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 - Mekkaniżmu superviżorju uniku - Kompetenzi tal-BĊE - Eżerċizzju deċentralizzat mill-awtoritajiet nazzjonali - Evalwazzjoni tas-sinifikanza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Ħtieġa ta’ superviżjoni diretta mill-BĊE”])
(2017/C 213/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Glos, K. Lackhoff u M. Benzing, sussegwentement A. Glos u M. Benzing, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment E. Koupepidou, R. Bax u A. Riso, sussegwentement E. Koupepidou u R. Bax, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u K.-P. Wojcik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE ECB/SSM/15/1, tal-5 ta’ Jannar 2015, meħuda skont l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 24(7) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nruo1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), li permezz tagħha l-BĊE rrifjuta li jqis li r-rikorrenti kienet entità inqas sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 6(4) ta’ dan l-istess regolament.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 178, 1.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy