12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2016 – Unicorn vs EUIPO – Mercilink Equipment Leasing (UNICORN-čerpací stanice)
(Kawża T-123/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali UNICORN-čerpací stanice - Trade marks nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti UNICORN - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 462/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unicorn a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mercilink Equipment Leasing Ltd (Limassol, Ċipru)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Jannar 2015 (Każ R 153/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unicorn u Mercilink Equipment Leasing.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Unicorn a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy