8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien vs UASI – Ruiz Moncayo (RED RIDING HOOD)
(Kawża T-128/15) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RED RIDING HOOD - trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti ROTKÄPPCHEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebħ bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 048/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH (Freyburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Lewis u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alberto Ruiz Moncayo (Entrena, Spanja) (rappreżentant: E. Valentín Prades, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Jannar 2015 (Każ R 1012/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH u Alberto Ruiz Moncayo.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy