14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO (WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY)
(Kawżi magħquda T-129/15 u T-130/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 419/48)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Cecchi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Bullock u L. Rampini, sussegwentement minn L. Rampini, aġenti)
Suġġett
Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2015 (Każijiet, rispettivament, R 1857/2014-5 u R 1864/2014-5), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali verbali, rispettivament, WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Intesa Sanpaolo SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 2.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy