29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-135/15) (1)
(“FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul mill-Italja - Skema temporanja ta’ ristrutturazzjoni tal-industriji taz-zokkor - Regolament (KE) Nru 320/2006 - Regolament (KE) Nru 968/2006 - Terminu ta’ 24 xahar - Kunċett ta’ ‘miżura multiannwali’ - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Kunċett ta’ ‘faċilità ta’ produzzjoni’ - Klassifikazzjoni tas-silos - Kunċett ta’ ‘żarmar sħiħ’ - Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97 - Diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni - Kooperazzjoni leali - Aspettattivi leġittimi - Ne bis in idem - Primjums għall-qatla - Miżuri ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-prodotti agrikoli - Pagamenti tardivi - Prova tal-eżistenza ta’ kundizzjonijiet partikolaritajiet ta’ ġestjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Żball ta’ traduzzjoni f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ regolament tal-Unjoni - Imputabbiltà tal-korrezzjoni finanzjarja għall-Istat Membru”)
(2019/C 148/37)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Colelli, avukat tal-Istat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Bianchi, P Ondrůšek u I. Galindo Martín, aġenti, sussegwentement minn puis D. Bianchi u P Ondrůšek, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103 tas-16 ta’ Jannar 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33), sa fejn hija tirrigwarda certu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana,
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Italja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 155, 11.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy