5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament
(Kawża T-136/15) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talbiet sabiex jissottomettu offerti dwar il-lottijiet kollha koperti minn sejħa għal offerti - Rifjut ta’ aċċess - Assenza ta’ eżami individwali u konkret tad-dokumenti mitluba - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tas-sigurtà pubblika - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-privatezza - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Preżunzjoni ġenerali - Piż ta’ xogħol irraġonevoli”])
(2018/C 042/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment I. Ampazis u M. Sfyri, sussegwentement M. Sfyri u C.-N. Dede, avocats)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Görlitz, N. Rasmussen u L. Darie, sussegwentment N. Görlitz, L. Darie u C. Burgos, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: E. Karlsson, L. Swedenborg, A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson u N. Otte Widgren, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-13 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet sabiex jissottomettu offerti fil-lottijiet kollha tas-sejħa għal offerti ITS 08 – Provvista ta’ servizzi esterni għas-servizzi IT 2008/S 149-199622.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.
3)
Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 228, 13.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy