15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – Aurora vs CPVO – SESVanderhave (M 02205)
(Kawża T-140/15) (1)
([“Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Varjetà ta’ pitravi għaz-zokkor M 02205 - Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94 - Karattru distint tal-varjetà kandidata - Eżami tekniku - Proċedura quddiem il-Bord tal-Appell - Obbligu li jiġu evalwati b’kura u b’imparzjalità l-provi rilevanti kollha tal-każ ineżami - Setgħa ta’ riforma”])
(2018/C 013/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aurora Srl (Finale Emilia, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment L.-B. Buchman, sussegwentement L.-B. Buchman, R. Crespi u M. Razou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement F. Mattina u M. Ekvad u fl-aħħar nett F. Mattina, M. Ekvad u A. Weitz, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SESVanderhave NV (Tirlemont, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment K. Neefs u P. de Jong, sussegwentement P. de Jong, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO, tas-26 ta’ Novembru 2014 (Każ A 010/2013), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aurora u SESVanderhave.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti (CPVO) tas-26 ta’ Novembru 2014 (Każ A 010/2013) hija annullata.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Is-CPVO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aurora Srl.
4)
SESVanderhave NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015
Full & Egal Universal Law Academy