4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-143/15) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul minn Spanja - Għajnuna diretta diżakkoppjata għas-snin tat-talba 2008 u 2009 - Nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll - Determinazzjoni tal-kampjuni ta’ kontroll - Oneru tal-prova - Għajnuna għall-iżvilupp rurali fil-komunità awtonoma ta’ Castilla y León għas-snin tat-talba 2009 u 2010 - Kontrolli fuq il-post - Kontrolli ewlenin - Proporzjonalità”))
(2017/C 293/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn tikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq ir-Renju ta’ Spanja wara l-investigazzjoni AA/2009/007/ES għas-sena tat-talba 2009.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 178, 1.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy