13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – L’Oréal vs EUIPO – Theralab (VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA)
(Kawża T-144/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti IDEALINA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 211/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Sena Mioludo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Theralab – Produtos Farmacêuticos e Nutracêuticos, Lda (Viseu, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Jannar 2015 (Każ R 1097/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Theralab – Produtos Farmacêuticos e Nutracêuticos, Lda u L’Oréal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L’Oréal, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy