24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – hyphen vs EUIPO – Skylotec (Rappreżentazzjoni ta’ poligonu)
(Kawża T-146/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta poligonu - Użu ġenwin tat-trade mark - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])
(2016/C 392/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: hyphen GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Gail u M. Hoffmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Skylotec GmbH (Neuwied, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. De Zorti u M. Helfrich, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1506/2014-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Skylotec u hyphen.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tad-9 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1506/2014-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Skylotec GmbH u hyphen GmbH, hija annullata sa fejn, fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 9 u 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, il-Bord tal-Appell qies li d-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata kellhom jiġu revokati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn hyphen.
4)
Skylotec għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 171, 26.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy