24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni vs Kakol
(Kawża T-152/15 P) (1)
((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni ta’ kandidat - Nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ diploma - Ammissjoni għal kompetizzjoni preċedenti - Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjonijiet simili - Obbligu ta’ motivazzjni”))
(2016/C 392/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Simonetti, J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Danuta Kakol (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015, Kalkol vs Il-Kummissjoni (F-1/14 u F-48/14, EU:F:2015:5), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015, Kalkol vs Il-Kummissjoni (F-1/14 u F-48/14, EU:F:2015:5) hija annullata.
2)
Il-kawża tintbagħat lura quddiem awla tat-Tribunal differenti minn dik li ddeċidiet dan l-appell.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy