29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2019 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-156/15) (1)
(FEAGA u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul minn Franza - Skema ta’ għajnuna għas-superfiċje - Garanziji proċedurali - Regolament (KE) Nru 885/2006 - Kunċett ta’ “mergħat permanenti” - Regolament (KE) Nru 1120/2009 - Sistema ta’ kontroll nazzjonali stabbilita fuq definizzjoni mhux konformi ta’ superfiċji tal-għalf - Esklużjoni tal-infiq kollu - Proporzjonalità - Programm ta’ żvilupp rurali eżagonali - Miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali - Żoni ta’ żvantaġġi naturali - Regolament (KE) Nru 1975/2006 - Regolament (UE) Nru 65/2011 - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Kontrolli fuq il-post - Kriterju ta’ tagħbija - Għadd ta’ annimali - Skema temporanja ta’ ristrutturazzjoni għall-industrija taz-zokkor - Regolament (KE) Nru 320/2006 - Regolament (KE) Nru 968/2006 - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Kunċett ta’ “faċilità ta’ produzzjoni” - Evalwazzjoni tal-użu tas-silos fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna - Kunċett ta’ “żarmar sħiħ” - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Anness 2 tad-dokument VI/5330/97”)
(2019/C 148/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Reppublika Fraanċiża (rappreżentanti: inizjalment minn F. Alabrune, G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, sussegwentement minn G. de Bergues, D. Colas, F. Fize u A. Daly u fl-aħħar minn D. Colas, S. Horrenberger, R. Coesme, E. de Moustier u A.-L. Desjonquères, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Triantafyllou, aġenti)
Intervenjenti, insostenn tar-rikorrenti: Ir-Reppublika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Colelli, avvocato dello Stato) u l-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Koós, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103 tas-16 ta’ Jannar 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103 tas-16 ta’ Jannar 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-infiq kollu sostnut mir-Repubblika Franċiża f’Haute-Corse fir-rigward ta’ għajnuna diretta għas-superfiċje tal-ewwel pilastru relatat mas-snin ta’ applikazzjoni 2011 u 2012.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi stess.
4)
Ir-Repubblika Taljana u l-Ungerija għandhom kull waħda minnhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy