28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2017 – L-Estonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-157/15) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Estonja - Kundizzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ċertezza legali”))
(2017/C 283/48)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrent: ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentanti: inizjalment minn K. Kraavi-Käerdi, sussegwentement minn N. Grünberg, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka u E. Randvere, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33), sa fejn hija tirrigwarda l-infiq imwettaq mir-Repubblika tal-Estonja għal ammont ta’ EUR 691 746,53.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Estonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy