8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2017 – Icap et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-180/15) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur ta’ prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen - Deċiżjoni li tikkonstata sitt okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Manipulazzjoni tar-rati ta’ riferiment interbankarji JPY LIBOR u Euroyen TIBOR - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni bis-suġġett - Parteċipazzjoni ta’ broker fil-ksur - Proċedura ‘ibrida’ ta’ tranżazzjoni - Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Ammont bażiku - Adattament eċċezzjonali - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2018/C 005/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Icap plc (Londra, ir-Renju Unit), Icap Management Services Ltd, (Londra) et Icap New Zealand Ltd, (Wellington, New Zealand) (rappreżentanti: C. Riis-Madsen u S. Frank, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, B. Mongin u J. Norris-Usher, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 432 finali, tal-4 ta’ Frar 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39861 – Prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 432 finali, tal-4 ta’ Frar 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39861 – Prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen), huwa annullat sa fejn dan ikopri l-perijodu wara t-22 ta’ Awwissu 2007.
2)
L-Artikolu 1(b) tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat.
3)
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat sa fejn dan ikopri l-perijodu bejn il-5 ta’ Marzu u s-27 ta’ April 2010.
4)
L-Artikolu 1(e) tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat sa fejn dan ikopri l-perijodu wara t-18 ta’ Mejju 2010.
5)
L-Artikolu 1(f) tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat sa fejn dan ikopri l-perijodu wara t-18 ta’ Mejju 2010.
6)
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat.
7)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
8)
Icap plc, Icap Management Services Ltd u Icap New Zealand Ltd huma kkundannati jbatu kwart tal-ispejjeż tagħhom stess.
9)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ Icap, ta’ Icap Management Services u ta’ Icap New Zealand.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy