9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Trivisio Prototyping vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-184/15) (1)
((Għajnuna finanzjarja - Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratti li jirrigwardaw il-proġetti ULTRA, CINeSPACE u IMPROVE - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Klawżola ta’ arbitraġġ - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa))
(2017/C 006/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Trivisio Prototyping GmbH (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bartosch u A. Böhlke, sussegwentement minn A. Böhlke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u S. Blazek, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2015) 633 finali, tat-2 ta’ Frar 2015, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 385 112,19, flimkien mal-interessi, u min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza tad-dejn li l-Kummissjoni qed tallega li għandha fir-rigward ta’ Trivisio Prototyping.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Trivisio Prototyping GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy