7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Intercon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-206/15) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Ftehimiet ta’ sussidju dwar il-proġett ‘Virtual Pathological Heart of the Virtual Physiological Human’ - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżiġi r-rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa - Inammissibbiltà - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 - Dokumenti u osservazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tat-termini mogħtija”])
(2016/C 410/16)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Intercon sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herbout-Borczak u S. Lejeune, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikkonstata, minn naħa, il-ksur mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ sussidju Nru 224635, dwar il-finanzjament tal-proġett “Virtual Pathological Heart of the Virtual Physiological Human (VPH2)”, u, min-naħa l-oħra, li s-somom imħallsa bħala kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea jikkorrispondu għall-ispejjeż li huma eliġibbli u li l-ammont ta’ EUR 70 620 mitluba mir-rikorrenti permezz tal-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2015 u n-nota ta’ debitu annessa ma għandhomx, għaldaqstant, jiġu rrimborsati.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Intercon sp. z o.o. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 221, 6.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy