18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Universiteit Antwerpen vs REA
(Kawża T-208/15) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Attivitajiet Marie Curie - Riċerkaturi fil-bidu tal-karriera - Sejħa għal proposti FP7-People-ITN-2008 - Ftehimiet ta’ għotja - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa - Kunċett ta’ akkoljenza ta’ riċerkaturi - Proporzjonalità”))
(2017/C 121/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universiteit Antwerpen (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Teerlinck u P. de Bandt, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn de D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għal dikjarazzjoni li l-ftehimiet ta’ għotja Nru 238214 “C7” (Kontroll ċervellett tal-kortiċi, ċelloli, ċirkuwiti, kalkolu u klinika) u Nru 238686 “Cerebnet” (Żmien u plastiċità fis-sistema olivo-ċervellett), konklużi fil-kuntest tas-sejħa għal proposti FP7-People-ITN-2008, ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li jobbligaw lill-benefiċjarji jħarrġu lil riċerkaturi fil-bidu tal-karriera esklużivament fil-bini tagħhom u, konsegwentement, konferma li r-REA ma tistax tiċħad bħala ineliġibbli parti mill-ispejjeż marbuta mat-taħriġ ta’ tliet riċerkaturi fil-bidu tal-karriera barra mill-bini tar-rikorrenti, u, it-tieni nett, ordni li r-REA tħallas l-ispejjeż kollha relatati mat-taħriġ ta’ dawn ir-riċerkaturi fil-bidu tal-karriera, kif sostnut mir-rikorrenti, flimkien ma’ interessi b’effett mid-data li fiha l-ispejjeż saru dovuti skont il-ftehimiet.
Dispożittiv
1)
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) hija kkundannata tħallas lil Universiteit Antwerpen is-somma ta’ EUR 45 526,73, li tikkorrispondi għal ċerti spejjeż eliġibbli skont il-ftehim “Cerebnet” Nru 238686 konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), flimkien ma’ interessi kuntrattwali b’effett mid-data li fiha dan l-ammont sar dovut skont l-imsemmi ftehim.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-REA u l-Universiteit Antwerpen għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 270, 17.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy