6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Aldi vs EUIPO – Miquel Alimentació Grup (Gourmet)
(Kawża T-212/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Gourmet - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti GOURMET u Gourmet - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 038/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Fürsen, N. Lützenrath, U. Rademacher u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miquel Alimentació Grup, SA (Vilamalla, Spanja) (rappreżentanti: C. Duch Fonoll u R. Niebel, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ Frar 2015 (Każ R 0314/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miquel Alimentació Grup u Aldi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 198, 15.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy