21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-215/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 277/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati mill-miżuri restrittivi inkwistjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 6.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy