19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-216/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard - Żieda tal-kapital, ħlas lura ta’ djun, sussidji u skema ta’ugwalizzazzjoni tar-Riskju - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ impriża u ta’ attività ekonomika - Prinċipju ta’ solidarjetà - Kontroll mill-Istat - Attività ta’ natura ekonomika - Kompetizzjoni fir-rigward il-kwalità - Preżenza ta’ operaturi li għandhom għan lukrattiv - Riċerka, użu u distribuzzjoni ta’ benefiċċji - Żball ta’liġi - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2018/C 104/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dôvera zdravotná poist’ovňa, a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u L. Armati, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Union zdravotná poist’ovňa, a.s. (Bratislava) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Pijnacker Hordijk u A. ter Haar, sussegwentement minn A. ter Haar, avukati)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP), u għal Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s (VZP) (ĠU 2015, L 41, p. 25).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal- 15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP)hija nnullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mid-Dôvera zdravotná poist’ovňa, a.s u mill-Union zdravotná poist’ovňa a.s.
3)
Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015,
Full & Egal Universal Law Academy