10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2017 – Morton’s of Chicago vs EUIPO – Mortons the Restaurant (MORTON’S)
(Kawża T-223/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MORTON’S - Trade marks preċedenti nazzjonali mhux irreġistrati MORTON’S, MORTONS, MORTON’S CLUB, MORTONS CLUB, MORTON’S THE RESTAURANT, MORTONS RESTAURANT u M MORTON’S - Raġuni relattiva għal rifjut - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 221/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Morton’s of Chicago (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Moss, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mortons the Restaurant Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Barry, solicitor u P. Nagpal, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2015 (Każ R 46/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mortons The Restaurant u Morton’s of Chicago.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Morton’s of Chicago, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 228, 13.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy