27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2017 – QuaMa Quality Management vs EUIPO – Microchip Technology (medialbo)
(Kawża T-225/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali medialbo - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MediaLB - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Reġistrazzjoni tat-trasferiment tat-trade mark - Artikolu 17(7) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 063/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: QuaMa Quality Management GmbH (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Microchip Technology, Inc. (Chandler, Arizona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Bergmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Frar 2015 (Każijiet magħquda R 1809/2014-4 u R 1680/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Microchip Technology u Alexander Bopp.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
QuaMa Quality Management GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 228, 13.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy