6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Redpur vs EUIPO – Redwell Manufaktur (Redpur)
(Kawża T-227/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Redpur - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti redwell INFRAROT HEIZUNGEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 038/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Redpur GmbH (Hayingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Schiller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Partiji oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Redwell Manufaktur GmbH (Rotenturm an der Pinka, l-Awstrija) (rappreżentanti: C. Gassauer-Fleissner, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2015 (Każ R 678/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Redpur u Redwell Manufaktur.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Redpur GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 236, 20.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy