7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Grupo de originación u análisis vs EUIPO – Bankinter (BK PARTNERS)
(Kawża T-228/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BK PARTNERS - Trade mark nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti bk. - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 410/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo de originación u análisis, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Burgueño Minguela u H. Pequerul Palenciano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Uriarte Valiente u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bankinter, SA (Madrid) (rappreżentanti: A. Gómez López, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1329/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bankinter u Grupo de originación y análisis.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grupo de originación y análisis, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 213, 29.6.2015
Full & Egal Universal Law Academy