8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-22 ta’ Marzu 2017 – Haswani vs Il-Kunsill
(Kawża T-231/15) (1)
((“Politika barranija u sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Adattament tat-talbiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2017/C 144/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: George Haswani (Yabroud, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment G. Étienne u S. Kyriakopoulou, sussegwentement S. Kyriakopoulou, aġenti)
Intervenjenti insostenn tat- konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Havas u R. Tricot, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 41), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 10), tad- Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 132, p. 82), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/828, tat-28 ta’ Mejju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 132, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840, tas-27 ta’ Mejju 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 30), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sofra minħabba dawn l-atti.
Dispożittiv
1)
It-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840, tas-27 ta’ Mejju 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, hija miċħuda bħala inammissibbli.
2)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/828, tat-28 ta’ Mejju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil George Haswani.
3)
It-talba għad-danni mressqa minn G. Haswani hija miċħuda.
4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talbiet għal annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2015/383, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/375, tad-Deċiżjoni 2015/837 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/828 ippreżentati minn G. Haswani, terz mill-ispejjeż esposti minn G. Haswani b’rabta ma’ dawn it-talbiet.
5)
G. Haswani għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talbiet għal annullament tad-Deċiżjoni 2016/850 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/840 kif ukoll mat-talba għad-danni tiegħu, żewġ terzi mill-ispejjeż esposti mill-Kunsill b’rabta ma’ dawn it-talbiet.
6)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 213, 29.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy