19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Pari Pharma vs EMA
(Kawża T-235/15) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument miżmum mill-EMA u prodott fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għad-dokumenti - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”))
(2018/C 104/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pari Pharma GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Epping u W. Rehmann, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, A. Rusanov, S. Marino, A. Spina u N. Rampal Olmedo, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Traband, aġenti) u Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-EMA EMA/271043/2015 tal-24 ta’ April 2015 li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni prodotta fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pari Pharma GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
4)
Novartis Europharm Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 221, 6.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy