7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Settembru 2016 – Łabowicz vs EUIPO – Pure Fishing (NANO)
(Kawża T-237/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva NANO - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 410/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Edward Łabowicz (Kłodzko, il-Polonja) (rappreżentant: M. Żygadło, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pure Fishing, Inc. (Spirit Lake, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Dickerson, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2426/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pure Fishing u E. Łabowicz.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Edward Łabowicz huwa kundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 228, 13.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy