6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Novartis vs EUIPO – Meda (Zimara)
(Kawża T-238/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Zimara - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FEMARA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fl-intier tiegħu - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 374/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Meda AB (Solna, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2015 (Każ R 636/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Meda.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Marzu 2015 (Każ R 636/2014-5) hija annullata inkwantu l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat quddiemu għal dak li jikkonċerna l-“prodotti veterinarji”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 228, 13.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy