29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – JT vs EUIPO – Carrasco Pirard (QUILAPAYÚN)
(Kawża T-249/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUILAPAYÚN - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark magħrufa sew - Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Proprjetarju tat-trade mark”))
(2018/C 032/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: JT (rappreżentant: A. Mena Valenzuela, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Eduardo Carrasco Pirard (Santiago, iċ-Ċili) u s-7 partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2015 (Każ R 354/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, JT u, min-naħa l-oħra, E. Carrasco Pirard u l-partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO li isimhom jidher fl-anness.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Marzu 2015 (Każ R 354/2014-2) hija annullata.
2)
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy