27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – Speciality Drinks vs EUIPO – William Grant (CLAN)
(Kawża T-250/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CLAN - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti CLAN MACGREGOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti kkonċernati mis-sinjali kunfliġġenti - Pubbliku rilevanti - Interdipendenza tal-kriterji - Setgħa ta’ bidla - Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2017/C 063/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Speciality Drinks Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Pritchard, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vuijst, A. Folliard-Monguiral u M. Rajh, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: William Grant & Sons Ltd (Dufftown, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Cormack u G. Anderson, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2015 (Każ R 220/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn William Grant & Sons u Speciality Drinks.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Speciality Drinks Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy