Kawża T-251/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Espírito Santo Financial (il-Portugall) vs BĊE (“Aċċess għad-dokumenti — Deċiżjoni 2004/258/KE — Dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Rifjut espliċitu ta’ aċċess — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni relattiva għall-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi ta’ deċiżjoni tal-BĊE — Eċċezzjoni relattiva għall-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru — Eċċezzjoni relattiva għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru — Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Eċċezzjoni relattiva għall-opinjonijiet intiżi għal użu intern — Obbligu ta’ motivazzjoni”)
C2002018MT2810120180426MT0034281292
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Espírito Santo Financial (il-Portugall) vs BĊE
(Kawża T-251/15) ( 1 )
“(“Aċċess għad-dokumenti — Deċiżjoni 2004/258/KE — Dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Rifjut espliċitu ta’ aċċess — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni relattiva għall-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi ta’ deċiżjoni tal-BĊE — Eċċezzjoni relattiva għall-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru — Eċċezzjoni relattiva għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru — Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Eċċezzjoni relattiva għall-opinjonijiet intiżi għal użu intern — Obbligu ta’ motivazzjoni”)”2018/C 200/34Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Espírito Santo Financial (il-Portugall), SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment R. Oliveira, N. Cunha Barnabé u S. Estima Martins, avukati, sussegwentement L. Soares Romão, J. Shearman de Macedo u D. Castanheira Pereira, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment F. Malfrère u S. Lambrinoc, sussegwentement F. Malfrère u T. Filipova, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u P. Gey, avukati)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ April 2015 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tiegħu tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti msemmija.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-1 ta’ April 2015 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal xi dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA hija annullata sa fejn din irrifjutat l-aċċess għall-ammont ta’ kreditu li jidher fl-estratti tal-minuti tad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014 kif ukoll għall-informazzjoni moħbija fil-proposti tad-direttorat tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju u tal-1 ta’ Awwissu 2014.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.
3)
Espírito Santo Financial (il-Portugall), SGPS, SA u l-BĊE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
( 1 ) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy