11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Dyado Liben (Casale Fresco)
(Kawża T-254/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Casale Fresco - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FREZCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 251/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Dyado Liben OOD (Sofija, il-Bulgarija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1138/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Casale Fresco bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy