13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – Almaz Antey Air and Space Defence vs Il-Kunsill
(Kawża T-255/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna - Iffriżar ta’ fondi - Persuna ġuridika li tappoġġja b’mod materjali jew finanzjarju azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Drittijiet fundamentali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 078/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Joint Stock Company “Almaz Antey” Air and Space Defence Corp., li kienet OAO Concern PVO Almaz Antey (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: A. Haak, C. Stumpf, M. Brüggemann u B. Thiemann, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Rouam u J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-13 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 70, p. 47), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-13 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 70, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524, tal-14 ta’ Settembru 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 239, p. 157), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514, tal-14 ta’ Settembru 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 239, p. 30), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359, tal-10 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2016, L 67, p. 37), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353, tal-10 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2016, L 67, p. 1), kif ukoll tal-ittra tal-Kunsill, tal-31 ta’ Lulju 2015, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti u jżommuha fuq il-lista tal-entitajiet ikkonċernati minn miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Joint-Stock Company “Almaz-Antey” Air and Space Defence Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy