31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Kiselev vs Il-Kunsill
(Kawża T-262/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet dwar dħul fit-territorju ta’ Stati Membri - Persuna fiżika li tappoġġja attivament azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Libertà ta’ espressjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża”))
(2017/C 249/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dmitrii Konstantinovich Kiselev (Korolev, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Linneker, solicitor, T. Otty, barrister, u B. Kennelly, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J.-P. Hix, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-13 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 70, p. 47) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-13 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 70, p. 1), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524, tal-14 ta’ Settembru 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 239, p. 157), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514, tal-14 ta’ Settembru 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 239, p. 30), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359, tal-10 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2016, L 67, p. 37), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353, tal-10 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2016, L 67, p. 1) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dmitrii Konstantinovich Kiselevhuwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy