8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta Novembru 2017 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-263/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Infrastruttura ajruportwali - Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur l-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Irtirar ta’ deċiżjoni - Assenza ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Bdil tas-sistema legali - Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”))
(2018/C 005/39)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentanti: T. Koncewicz, K. Gruszecka-Spychała u M. Le Berre, avukati) u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o. (Gdynia) (rappreżentant: P. K. Rosiak, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u S. Noë, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u E. Gromnicka, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586, tas-26 ta’ Frar 2015, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (ĠU 2015, L 250, p. 165).
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586, tas-26 ta’ Frar 2015, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo, huma annullati.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Gmina Miasto Gdynia u minn Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy