19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta April 2017 – Gameart vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-264/15) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dokumenti stabbiliti minn Stat Membru - Talba għal aċċess għad-dokumenti mibgħuta lill-Istat Membru - Trasferiment tat-talba għal aċċess lill-Kummissjoni - Rifjut ta’ aċċess - Kompetenza tal-Kummissjoni - Dokument li joriġina minn istituzzjoni - Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001”])
(2017/C 195/24)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Gameart sp. z o.o. (Bielsko-Biała, il-Polonja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, A. Buchet u M. Konstantinidis, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Kamejsza u M. Pawlicka, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u A. Pospíšilová Padowska, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J.-B. Laignelot, K. Pleśniak u E. Rebasti, sussegwentement minn J.-B. Laignelot u E. Rebasti, bħala aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2015 sa fejn din ċaħdet it-talba għal aċċess għad-dokumenti stabbiliti mir-Repubblika tal-Polonja, li ntbagħtitilha minn din tal-aħħar abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Frar 2015 hija annullata sa fejn il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal aċċess għad-dokumenti stabbiliti mir-Repubblika tal-Polonja li ntbagħtitilha minn din tal-aħħar abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy