23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – ANKO vs REA
(Kawża T-270/15) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġett ESS - Konformità mal-istipulazzjonijiet kuntrattwali tas-sospensjoni tal-pagamenti fir-rigward tar-rikorrenti u tal-kundizzjonijiet għat-tneħħija ta’ din is-sospensjoni tal-pagamenti - Interessi moratorji”])
(2017/C 022/31)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, inizjalment assistiti minn O. Lytra, sussegwentement minn A. Saratsi, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li s-sospensjoni tal-pagamenti imposta mir-REA tal-bilanċ tal-għajnuna finanzjarja dovuta lir-rikorrenti għall-implementazzjoni tal-ftehim ta’ sussidju Nru 217951, għall-finanzjarment tal-proġett intitolat “Emergency support system”, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013), tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha u li dan l-ammont għandu jitħallas lilha, flimkien mal-interessi moratorji, min-notifika ta’ dan ir-rikors.
Dispożittiv
1)
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)ssospendiet il-pagamenti fir-rigward ta’ ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias bi ksur tal- tal-punt II.5(3)(d) tal-kundizzjonijiet ġenerali annessi mal-ftehim ta’ sussidju Nru 217951 għall-finanzjament tal-proġett intitolat “Emergency support system”, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013).
2)
Ir-REA hija kkundannata tħallas lil ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias somma li tikkorrispondi għall-pagamenti intermedji li ma kellhomx ikunu sospiżi li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni ta’ din tal-aħħar għall-proġett intitolat “Emergency support system”, fil-limiti tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli fil-mument tas-sospensjoni tagħhom, miżjuda bl-interessi moratorji, li għandhom jibdew jiddekorru, għal kull perijodu ta’ rappurtar, mill-iskadenza tat-terminu għall-ħlas ta’ 105 ġranet wara n-notifika tar-rapporti korrispondenti, bir-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tat-terminu tal-pagament, kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, miżjuda bi tliet punti perċentwali u nofs.
3)
Ir-REA għandha tbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy