28.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2018 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-274/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tal-bijoetanol u tal-etanol - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti - Dokumenti skambjati wara spezzjoni preċedenti - Rifjut tal-Kummissjoni li l-proċeduri ta’ ksur inkwistjoni jiġu sospiżi - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2018/C 182/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alcogroup (Brussell, il-Belġju) u Alcodis (Brussell) (rappreżentanti: P. de Bandt, J. Dewispelaere u J. Probst, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, C. Giolito, V. Bottka u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Orde van Vlaamse Balies (Brussell) (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u P. Goffinet, sussegwentement F. Wijckmans, S. Engelen u S. De Keer, avukati), Ordre des barreaux francophones et germanophone (Brussell) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u P. Goffinet, avukati), u Ordre français des avocats du barreau de Bruxelles (Brussell) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u P. Goffinet, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1769 finali tat-12 ta’ Marzu 2015 indirizzata lil Alcogroup kif ukoll lill-kumpanniji kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, inkluża Alcodis, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40244 – Bioethanol), u tal-ittra tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2015 indirizzata lil Alcogroup fil-kuntest tal-investigazzjonijiet AT.40244 – Bioethanol u AT.40054 – Oil and Biofuel Markets.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Alcogroup u Alcodis għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3)
L-Orde van Vlaamse Balies, l-Ordre des barreaux francophones et germanophone u l-Ordre français des avocats du barreau de Bruxelles għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti f’din l-istanza.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy