24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Edison vs EUIPO – Eolus Vind (e)
(Kawża T-276/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Aritkolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Edison SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: D. Martucci, F. Boscariol de Roberto u I. Gatto, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eolus Vind AB (publ) (Hässleholm, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2015 (Każ R 2358/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Edison u Eolus Vind.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Edison SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 236, 20.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy