18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2016 – Pirelli Tyre vs UASI (Treads ta’ tajers et)
(Kawżi magħquda T-279/15 sa T-282/15) (1)
((“Disinn Komunitarju - Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw treads ta’ tajers u kisi pnewmatiku għal roti ta’ vetturi - Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid u kanċellazzjoni tad-disinn mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum u applikazzjoni għat-tiġdid tad-disinn”))
(2016/C 136/48)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Pirelli Tyre SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Fucci, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Suġġett
Erba’ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Jannar 2015 (Każijiet R 1285/2014-3 u R 1286/2014-3) u tal-11 ta’ Frar 2015 (Każijiet R 1287/2014-3 u R 1288/2014-3), dwar l-applikazzjonijiet għal restitutio in integrum.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Pirelli Tyre SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 17.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy