21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Tayto Group vs EUIPO – MIP Metro (real)
(Kawża T-287/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea real - Użu ġenwin - Forma li hija differenti minħabba elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu tat-trade mark minn terz - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Prova ta’ użu ġenwin - Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2017/C 277/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tayto Group Ltd (Corby, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2285/2013-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Tayto Group u MIP Metro Group Intellectual Property.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tayto Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy