9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Smarter Travel Media vs EUIPO (SMARTER TRAVEL)
(Kawża T-290/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SMARTER TRAVEL - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])
(2017/C 006/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Smarter Travel Media LLC (Boston, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Olson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1986/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SMARTER TRAVEL bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Smarter Travel Media LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy