29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Coedo Suárez vs Il-Kunsill
(Kawża T-297/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Miżuri dixxiplinari - Revoka bi tnaqqis tal-allowance tal-invalidità - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza - Żball ta’ liġi - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 078/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015, Coedo Suárez vs Il-Kunsill (F-38/14, EU:F:2015:25), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015, Coedo Suárez vs Il-Kunsill (F-38/14), hija annullata sa fejn tiċħad it-tieni lment tal-ewwel motiv imqajjem fl-ewwel istanza fir-rigward tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti.
2)
Ir-rikors ippreżentat minn Ángel Coedo Suárez quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-38/14 huwa miċħud.
3)
Ángel Coedo Suárez huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati mal-istanza preżenti.
4)
Il-Kunsill għandu jbati nofs l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mal-istanza preżenti.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015
Full & Egal Universal Law Academy